Kelb ġdid mad-Dwana bl-ewwel qabda ta’ flus mhux iddikjarati

L-aħħar kelb li beda jintuża mid-Dwana għat-tiftix ta’ flus mhux iddikjarati mill-ewwel ħalla l-marka tiegħu.

Żekkin huwa kelb ta’ sentejn tar-razza Labrador li ġie mħarreġ mill-uffiċjali tad-dwana tar-Renju Unit.

Il-kelb beda jxammem bagalja ta’ passiġġier Indoneżjan li kien sejjer lejn Istanbul fit-Turkija.

Meta l-uffiċjali tad-Dwana staqsew kemm kellu flus fuqu weġibhom €3,000 imma meta fittxewlu sabulu €16,295.

Il-passiġġier ingħata l-għażla li jew iħallas multa inkella jitressaq fil-Qorti bl-Indoneżjan jagħżel li jħallas multa.

Il-liġi tal-UE u dik Maltija jobbligaw passiġġier jiddikjara jekk ikollu aktar minn €10,000 f’tentattiv li tiġi miġġielda l-ħasil tal-flus.

Share With: