Jinstab vaċċin li jista’ jipproteġi 90% tan-nies mill-Covid-19

Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw dwar is-sejba tal-ewwel vaċċin, li minn analiżi preliminari, jidher li jista’ jipprevjeni lil aktar minn 90% tan-nies milli jaqbadhom il-virus tal-Covid-19.

Il-kumpaniji wara dan il-vaċċin, Prfizer u BioNTech iddeskrivew din il-ġurnata bħala ġurnata mill-aktar pożittivi kemm għax-xjenza kif ukoll għall-umanità.

Dan il-vaċċin ġie ttestjat fuq 43,500 persuna f’sitt pajjiżi differenti u ma kien hemm l-ebda tħassib fuq is-sigurtà ta’ dawn il-persuni.

Skont l-istess rapporti, il-ħsieb hu li l-kumpanija tipprova toħroġ dan il-vaċċin sa tmiem ix-xahar.

Share With: