“Hemm xi ħadd bil-guts f’Malta?” – Maria Efimova

Maria Efimova kitbet fuq Facebook li minflok ma tawha status ta’ whistleblower, l-awtoritajiet Maltin ħarġu mandat ta’ arrest ieħor fil-konfront tagħha. 

Hi qalet li Malta diġà saret iċ-ċajta tal-Ewropa “minħabba l-prattiċi korrotti li jiddominawha”. Hija fakkret lill-poplu li huwa għandu l-poter li jwaqqaf lil min qiegħed “jeqred ir-reputazzjoni tal-pajjiż” u staqsiet “hemm xi ħadd li għandu l-guts?”

Hija kitbet dan b’reazzjoni għall-fatt li hi u Jonathan Ferris u qed jiġu akkużati b’ġurament falz meta xehdu quddiem l-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant.

Share With: