Hackers mill-Korea ta’ Fuq jipprovaw jinfiltraw fis-sistema ta’ AstraZeneca, il-kumpanija li żviluppat il-vaċċin għal kontra l-COVID-19

Il-midja internazzjonali kitbet li allegatament, hackers mill-Korea ta’ Fuq ipprovaw jidħlu u jinfiltraw fis-sistema elettronika tal-kumpanja Ingliża AstraZeneca. Din l-istess kumpanija, hija waħda mill-intrapriżi fil-farmaċewtika li potenzjalment sabet vaċċin għall-kontra l-pandemija COVID-19. 

It-tentattiv ta’ dawn il-hackers beda fuq is-sit ta’ LinkedIn, billi ppreżentaw lilhom infushom bħala ħaddiema li jirreklutaw kandidati ma’ numru ta’ kumpaniji. Fil-fatt, huma avviċinaw ħaddiema li jaħdmu ma’ AstraZeneca għat-taparsi se jkellmuhom dwar opportunitajiet fid-dinja tax-xogħol. Mal-messaġġ hemżu d-deskrizzjoni tal-impjieg, liema deskrizzjoni għandha l-qawwa li tinfiltra fil-code tal-kumpanija u tisraq informazzjoni importanti u sensittiva. 

Jidher li dawn it-tentattivi fallew u għalhekk ma nsterqet l-ebda informazzjoni vitali. Jidher li l-organizazzjoni Microsoft fix-xhur li għaddew antiċipat hackers oħrajn mill-istess pajjiż li pprovaw iwettqu attakk ċibernetiku fuq kumpaniji oħrajn li qed jaħdmu fuq riċerka dwar il-COVID-19 jew vaċċin kontra l-imsemmija mxija.

Share With: