Franza tirbaħ il-Junior Eurovision Song Contest

Franza rebħet il-Junior Eurovision Song Contest li sar fil-Polonja llejla. Iċ-ċkejkna Valentina rebħet permezz tal-kanzunetta ‘J’imagine’ fejn irnexxielha tikseb il-maġġoranza tal-punti kemm min-naħa tal-ġurija kif ukoll mit-televoting.

Malta, rappreżentata minn Chanel Monseigneur kisbet mitt punt u spiċċat fit-tmien post bil-kanzunetta ‘Chasing Sunsets’.

Share With: