Fattiga mixlija b’serqa minn dar

Mara ta’ 43 sena minn Ħaż-Żabbar ġiet mixlija li serqet mid-dar f’Raħal ġdid fejn kienet taħdem bħala fattiga.

Graziella Debono wieġbet mhux ħatja li serqet deheb u ġojjelli, li l-valur tagħhom jaqbeż il-€5,000, minn dar fl-aħħar jum tax-xogħol tagħha fiha.

Il-Maġistrat Rachel Montebello laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €3,000.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Paul Camilleri.

Min-naħa tagħha, Debono għandha jiddefenduha lill-Avukati Stefano Filletti u Mario Mifsud.

Share With: