Azzopardi japprova d-diskors ta’ Comodini Cachia b’taptipa fuq l-ispalla- Tkompli l-Kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech

Bħalissa tinsab għaddejja l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech, akkużat b’kompliċità fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

 F’awla 17 kompliet din il-kumpilazzjoni fejn fost persuni oħra hemm preżenti l-membri tal-familja tal-vittma u l-imsemmi akkużat li jinsab fl-awla mgħasses minn uffiċjali tal-ħabs.

Is-seduta bdiet bis-smigħ tar-rikors tal-akkużat fuq il-ksur tad-drittijiet tiegħu għal smigħ xieraq. Minkejja dan il-Maġistrat Rachel Montebello tgħid li dan għandu jistema’ wara.

Tixhed l-Editor in Chief ta’ Newsbook b’rabta mar-rikors tal-akkużat tad-9 ta’ Novembru. Sylvana Debono tippreżenta tliet pendrives; waħda għall-Qorti, waħda għall-akkużat u oħra għal Dr Azzopardi. Dr. Mercieca jistaqsi lix-xhud jekk Azzopardi kienx qed jitkellem fil-programm bħala membru parlamentari. Ix-xhud tgħid li meta wieħed jintervista lil Dr Azzopardi, jistiednu għax għandu ħafna esperjenza.

Meta mistoqsi dwar jekk għandux xi mistoqsijiet, Dr Azzopardi, jgħid li le u jirringrazzja lill-istazzjon tal-istedina.

MIstieden minn Dr Mercieca biex jitla’ jixhed, Azzoppardi jwieġeb “With pleasure”. Hawnhekk il-Maġistrat tagħmilha ċara li l-mistoqsijiet u r-risposti jridu jkunu professjonali u relevanti.

Mistoqsi kemm ilu fil-Politika, Azzopardi wieġeb li kien ġie elett fil-parlament fl-1998 u li hu jirrapreżenta lir-raba’ distrett kollu, irrelevanti mill-persuna.

Fir-rikors, Fenech stqarr li huwa kien vittma ta’ ħsara irreparabbli li saret mill-Avukat Jason Azzopardi bl-istqarrijiet li huwa għamel fil-programm imsemmi aktar kmieni. Azzopardi jikkjarifika li fid-diskors tiegħu huwa uża l-kelma akkużat.

Meta mistoqsi minn Mercieca dwar meta semma’ li jaħseb li Fenech huwa ħati, Azzopardi kkonferma u qal li allaħares ma jemminx fil-kawża li jirrappreżenta hu f’din il-kumpilazzjoni.

L-avukat Mercieca jgħid li Azzopardi ppreżenta informazzjoni oltre, iżda hu jinsisti li llimita ruħu għal dak li kien diġà fid-dominju pubbliku.

Therese Comodini Cachia tistaqsi lil Azzopardi għal min kienet qiegħda tirreferi l-mistoqsija fil-plural “fil-fehma tagħkom, huwa ħati?” Huwa jwieġeb li kienet ovvja li hu jwieġeb bħala wieħed mir-rappreżentanti tal-vittma.

Tintemm ix-xhieda ta’ Azzopardi.

L-avukata Therese comodini Cachia tgħid li d-difiża ma ġabet ebda prova ta’ ħsara li saret lill-akkużat. Qalet li jason meta mistoqsi dwar jekk jaħsbux li l-akkużat huwa ħati, kien qed jitkellem bħala avukat tal- familja ta’ Daphne Caruana Galizia. Ma’ dan l-argument żiedet li “allaħares nemmnu li l-avukat parte civile jemmen bl-innoċenza tal-akkużat.”

Hija kompliet tisħaq li min jaf kemm se jgħaddu xhur bejn din ix-xandira u meta l-ġurati jaslu biex jaraw Yorgen Fenech huwiex ħati.

Comodini Cachia ttemm l-argument tagħha u Azzopardi jidher itaptpila fuq spallejha biex japprova dak li qalet.

Share With: