Anzjan ta’ 74 sena l-104 vittma tal-Covid-19

Il-vittmi tal-Covid-19 f’Malta telgħu għal 104 hekk kif il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjan ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

L-anzjan li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-13 ta’ Novembru miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni fosthom il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri.

Share With: