Aktar minn 50 persuna jinqatlu minn militanti Iżlamiċi fi grawnd tal-futbol f’Mozambique

Aktar minn 50 persuna nqatlu fit-Tramuntana tal-Mozambique minn militanti Iżlamiċi. Rapporti fil-midja lokali kienu jgħidu li l-militanti bidlu grawnd tal-futbol f’raħal fost fejn iwettqu l-eżekuzzjonijiet.

Diversi persuni oħrajn inqatlu billi tħanxritilhom rashom f’raħal ieħor.

Dawn huma l-aħħar minn sensiela ta’ attakki li militanti wettqu fil-provinċja ta’ Cabo Delgado mill-2017 ’l hawn.

Sa elfejn persuna huma stmati li nqatlu, filwaqt li madwar 430,000 persuna oħra spiċċaw bla saqaf fuq rashom fil-kunflitt li ħakem lill-provinċja. Il-militanti għandhom rabtiet mal-Istat Iżlamiku, u huma magħrufin li jisfruttaw il-faqar fir-reġjun u n-nuqqas ta’ opportunità ta’ impjiegi biex jirreklutaw żgħażagħ.

Il-Gvern tal-Mozambique appella għall-għajnuna mill-komunità internazzjonali biex ikun jista’ jegħleb lill-militanti, hekk kif qal li t-truppi tiegħu jeħtieġu taħriġ speċjalizzat.

F’April li għadda, aktar minn 50 persuna oħra kienu nqatlu f’attakk ieħor f’Cabo Delgado, u aktar kmieni dan ix-xahar inqatlu disa’ persuni fl-istess provinċja.

Share With: