AĠĠORNAT: Tliet persuni jindarbu gravi f’ħabta kerha f’Birżebbuġa

Tliet persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m kienu involuti f’inċident tat- traffiku fi Triq ix-Xatt tal-Qajjenza f’Birżebbuġa. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn l-ewwel investigazzjonijiet juru li kien hemm ħabta bejn tliet vetturi; Nissan Qashqai misjuq minn raġel Sirjan ta’ 47 sena li joqgħod Birżebbuġa, Toyota Hilux misjuq minn raġel Malti ta’ 32 sena li joqgħod Ħal Tarxien u Fiat Punto misjuqa minn raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa. 

Mas-sewwieq tal-Fiat kien hemm passiġier. 

Mal-ħabta, ir-raġel Malti kif ukoll iż-żewġ irġiel tal-Fiat inqabdu fil-vetturi u għalhekk intalbet l-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħalli jinħarġu. Huma ttieħdu l-isptar b’ambulanza u ġew iċċertifikati li ndarbu gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Share With: