17-il pajjiż b’obbligu tat-test qabel passiġġier jiġi Malta

L-awtoritajiet tas-saħħa tellgħu għal 17 in-numru ta’ pajjiżi li min jiġi minnhom irid jippreżenta ċertifikat li m’għandux il-Covid19.

Din id-deċiżjoni tapplika għall-ajruporti kollha fil-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Iżvizzera, it-Tuneżija u l-Ungerija.

Fil-każ tal-Italja dan japplikaw għall-ajruport ta’ Milan, Ruma, Bologna, Napli, Perugia, Pescara, Pisa, Trieste, Turin u Venezja.

Dawk mir-Renju Unit jikkonċernaw l-ajruporti ta’ Belfast, Birmingham, Cardiff, Edinburgh, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle u Nottinghma.

Fil-lista, li tara din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ mill-Ġimgħa 13 ta’Novembru f’nofsillejl, hemm inkluż ukoll l-ajruport ta’ Porto fil-Portugall.

Jekk passiġġier ma jippreżentax test negattiv li jkun sar mhux aktar minn 72 siegħa qabel isirlu wieħed hawn u jista’ jkun soġġett għall-kwarantina.

Share With: