Żewġ anzjani oħra jmutu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li żewġ anzjani ta’ 90 u 78 sena mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, l-anzjan ta’ 90 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fil-15 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru, fejn miet ilbieraħ.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 78 sena kien ikkonfermat pożittiv bil-Covid-19 fl-10 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-15 ta’ Settembru, fejn miet matul dan il-lejl.

Iż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Share With: