Madwar €50,000 biex jiżdiedu 10 AED stations oħra f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda proġett biex jiġu installati 10 Automated External Defibrillator stations ġodda madwar Għawdex. Dan wara li ġie ffirmat ftehim mal-għaqda volontarja Malta Cadets biex isir proġett konġunt biex madwar Għawdex ikun hawn numru ta’ AED stations. 

Il-Ministru Camilleri spjega li barra minn hekk se jsir l-upgrading tat-8 stations eżistenti, ser isir is servicing tal-istations għall-ħames snin li jmiss kif ukoll ser isiru numru ta’ certified training courses  fil-First Aid u fl-użu tal-AEDs kemm għall-ħaddiema tal-MGOZ kif ukoll għall-pubbliku inġenerali.  Huwa qal li l-għan ta’ dan kollu huwa biex jiżdied l-għarfien dwar l-importanza ta’ dan l-apparat li  jista’ jsalva ħajjet in-nies. 

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-Malta Cadets Etienne Micallef tkellem dwar l-importanza  ta’ dan l-apparat u wera kif għandu jintuża. 

Il-Ministru Clint Camilleri kkonkluda li l-Ministeru għal Għawdex mhux biss ifaħħar dawn it-tip ta’  inizjattivi iżda jagħti s-sostenn tiegħu għall-ġid tar-residenti u tal-viżitaturi.

Share With: