Jindarab gravi wara li waqa’ minn għoli fil-limiti tal-Ħandaq

Raġel mill-Pakistan ndarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni li seħħ fi Sqaq iż-żiemel limiti tal-Ħandaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien waqa’ minn għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: