Il-fergħa tal-BOV ta’ San Pawl il-Baħar tingħalaq temporanjament minħabba għargħar

Fis-sigħat li għaddew il-gżejjer Maltin sfaw milqutin minn ħalbiex tax-xita, b’mod partikolari fit-Tramuntana tal-pajjiż. Jidher li fost il-lokalitajiet l-aktar milqutin mill-maltemp kienet il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.

Tant li l-Bank of Valletta kellu jagħlaq temporanjament il-fergħa tal-lokalità biex isiru xogħlijiet urġenti kaġun ta’ għargħar.

Il-BOV tenna li l-ATM ma ġietx impattata u għadha toffri s-servizzi tagħha.

Il-fergħa se tkun qed tibqa’ magħluqa sakemm tinħareġ notifika oħra biex tkun aċċertata s-sigurtà għall-klijenti u l-ħaddiema.

Share With: