Għawdxi l-Isptar wara ħabta bejn żewġ vetturi fix-Xewkija

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:00 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq l-Imġarr, Għawdex.

Ir-raġel ta’ 44 sena li joqgħod ix-Xewkija, kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fl-imsemmija triq. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ġrat ħabta bejn Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti x-Xewkija, u Isuzu KB, li kien qed jinstaq mir-raġel ferut.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: