Anzjan ta’ 82 sena huwa l-51 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna

Anzjan ta’ 82 sena sar il-51 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li r-raġel iddaħħal l-isptar fit-30 ta’ Settembru.

Waqt li kien qed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei sarulu diversi testijiet li kollha taw riżultat negattiv. Madankollu minħabba li kellu sintomi marbuta mal-Covid-19 reġa’ sar test ieħor wara li l-anzjan miet li rriulta pożittiv.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjan kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru jappella lill-poplu biex jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.

Share With: