“Ilhom 57 siegħa mdawra b’mewġ għoli, hemm persuna mejta abbord” – Alarmphone

L-għaqda mhux governattiva Alarmphone li tgħin lil dawk li jkunu abbord bastiment jaqsmu mill-Afrika għall-Mediterran permezz ta’ servizz telefoniku qed tgħid li fiż-żona ta’ salvataġġ (SAR) ta’ Malta hemm 65 immigrant li ilhom aktar minn 57 siegħa bejn sema u ilma.

Alarmphone qalet li skont l-informazzjoni li għaddew l-immigrant abbord il-bastiment hemm persuna mejta u huma jinsabu mifxulin.

Share With: