Il-Knisja ta’ Ġieżu fi stat ta’ emerġenza… Il-Patrijiet Franġiskani f’periklu wara kull ħalba xita

Il-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta tinsab fi stat ta’ emerġenza, bil-patrijiet Franġiskani li jabitaw fil-kunvent jinsabu f’periklu wara kull darba li pajjiżna jkun milqut minn maltempata jew sempliċiment ħalba xita. 

Ta’ kull darba, wara ħalba xita, xi żoni qed jispiċċaw mgħarrqa b’konsegwenza li l-patrijiet jinsabu f’periklu. Jidher li li din ill-problema tad-dħul ta’ ilma ikkawżat problemi fil-membrane u l-unika soluzzjoni għal din il-problema staġjonali hija li jinksew xi ħitan, xaftijiet u btieħi. 

Quddiem dan, il-patrijiet Franġiskani tal-Belt Valletta qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex permezz ta’ donazzjoni jgħinuhom jtaffu mill-ispiża li tammonta għal €50,000.

Share With: