Għalliem mimli tpinġija ma jistax jgħallem aktar tal żgħar

Sylvain Helaine, li huwa l-iktar raġel li għandu tpinġija fuq ġismu ġewwa Franza, mhux se jitħalla jgħallem iktar studenti ta’ età żgħira wara tilwima minn ġenitur. Helaine, li għandu 35 sena, jidher iżda li xorta se jibqa’ jgħallem tfal tal-primarja minn età ta’ sitt snin ’il fuq. 

Helaine tista’ tgħid li huwa miksi bit-tpinġija fejn għandu f’wiċċu, f’ilsienu u anke saħansitra kien għamel intervent mediku biex jiżbogħ l-abjad t’għajnejh iswed. F’kumment li ta Helaine,   huwa qal li l-persuna li ressqet it-tilwima ma kellhiex it-tifel fil-klassi tiegħu. 

Huwa żied jgħid li l-istudenti tiegħu ma ddejjaqhomx id-dehra tiegħu hekk kif huma jafuh. Helaine temm jgħid li ħafna drabi n-nies li ma jkunux jafuh jaslu għal konklużjonijiet negattivi dwaru. 

Share With: