“Tlifna raġel fuq l-irġiel” … Il-Belt tibki l-mewt ta’ Mario Mintoff

“Tlifna raġel fuq l-irġiel. Il-Beltin u l-Mandraġġani għandhom għalxiex jibku għal din it-telfa mhux mistennija.” Dan kien wieħed mill-bosta kummenti li tħallew fuq il-midja soċjali hekk kif fil-Belt ġriet l-aħbar li kien miet Mario Mintoff.

Mintoff kien ilu għal dawn l-aħħar sigħat jissielet għal ħajtu wara li sofra ġrieħi serji wara li waqa’ waqt li kien qed ineħħi pavaljun fiTriq ir-Repubblika.

Mintoff, ta’ 58 sena, kien magħruf sew fil-komunità Beltija hekk kif kien Rettur tal-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura fil-Parroċċa ta’ Santu Wisitin il-Belt Valletta.

Share With: