“Solidarjetà ma’ Peppi Azzopardi” – Chrysander Agius

Chrysander Agius, jew kif inhu magħruf aġjar San ta’ Danusan, qal li “Xarabank taqbel jew ma taqbilx fl-opinjoni tiegħi, kien linja gwida għal kull min verament għandu għal qalbu t-televisjoni Maltija.”Sander kiener qiegħed jirreaġixxi għad-deżiżjoni li l-programm Xarabank ma jibqax jifformi parti mill-iskeda ta’ TVM.

Huwa kompla jgħid li “Peppi Azzopardi bis-sewwa u l-ħażin tiegħu, lili personali għallimni ħafna.Tgħallimt mingħandu kif għandek twassal programm. Kif tirrispetta lit-telespetatturi u nħoss li nkun qed nonqos jekk ma nurix ir-rispett tiegħi u s-solidarjeta’ ma’ bniedem li tant taha lil dan il-pajjiż, barra l-fatt li jekk Xarabank ma jsirx, naħseb li ta’ min insiru nafu r-raġuni…b’liema kejl ittieħdet id-deċiżjoni.”

Agius qal li “m’għandna l-ebda intenzjoni li nieħdu post ġgant bħal Xarabank. Għandna proposti bħal ħaddieħor għal fuq it-Televisjoni pero’ m’hemm xejn biċ-ċert”

Share With: