Sitt xhur ħabs għal immigranti li għamlu użu minn dokumenti foloz

Minkejja li wieġbu mhux ħatja, tmien immigranti weħlu sitt xhur ħabs kull wieħed wara li użaw dokumenti foloz. Tnejn oħra li huma minorenni ngħataw sentenza sospiża fuq l-istess akkużi. 

L-etajiet tal-immigranti li jgħixu Ħal Far ivarjaw bejn is-16 u l-31 sena u huma mis-Sudan, mill-Eritrea u mis-Somalja.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Frankie Sammut tenniet li dawn it-tip ta’ reati kontinwament qed jikbru u għaldaqstant talbet li tiġi kkunsidrata sentenza ta’ priġunerija.

L-avukat tal-għajnuna legali Victor Bugeja deher għall-għaxar immigranti.

Share With: