Rekluti u uffiċjali korrettivi jagħtu d-demm

Erbgħin rekluta u numru sabiħ ta’ uffiċjali korrettivi fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ngħaqdu flimkien biex iwieġbu għas-sejħa tal-Bank tad-Demm u taw aktar minn 78 borża tad-demm.

L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi faħħret l-inizjattivi tar-rekluti u l-uffiċjali korrettivi u ddeskriviet il-ġest bħala wieħed ta’ altruiżmu lejn is-soċjetà. Tenniet li proprju b’ġesti bħal dawn ir-rekluti jitnissel fihom sens ta’ servizz lejn is-soċjetà.

L-Aġenzija ħeġġet li-nies biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu u jagħti d-demm biex b’hekk ikomplu jiġu salvati ħajjiet in-nies.

Share With: