L-MUMN tissospendi l-azzjonijiet industrijali mil-lum stess

Fl-aħħar ħin id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-MUMN li se jkunu qed jissospendu l-azzjonijiet industrijali mil-lum stess fi spirtu ta’ maturità u kollaborazzjoni. Filwaqt li laqgħa b’sodisfazzjon din id-deċiżjoni, Fearne sostna li f’dan il-mument diffiċli jeħtieġ li nkomplu niġbdu ħabel wieħed. Nilqa’ bi pjaċir id-deċiżjoni tal-MUMN li jissospendu l-azzjonijiet industrijali mil-lum stess fi spirtu ta’ maturità u kollaborazzjoni. F’dan il-mument diffiċli ejja nkomplu niġbdu ħabel wieħed. — Chris Fearne (@chrisfearne) August 7, 2020