Jinżamm arrestat wara li ġie mixli li kkaġuna offiża gravi fuq mara f’residenza f’Għawdex

Rumen ta’ 29 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li lbieraħ f’residenza fiż-Żebbuġ Għawdex ikkaġuna offiża ta’ natura gravi fuq mara.

L-inċident inkwistjoni seħħ għall-ħabta tal-11.30 a.m. fi Triq is-Sajjied.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih, bil-Maġistrat Simone Grech ma tagħtihx il-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Share With: