Is-sewwieqa mitlubin jagħżlu toroq alternattivi wara li vettura nħakmet minn nirien fil-Manikata

Is-sewwieqa huma ġentilment mitlubin jevitaw Triq il-Mellieħa viċin il-Knisja tal-Manikata minħabba vettura li aktar kmieni nħakment minn nirien.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li kien għall-ħabta ta’ 12:00 p.m li daħlilhom rapport ta’ Scammel li kien inħakem minn nirien wara li żviluppa xi ħsara fil-magna.In-nirien kienu kkontrollati f’ħin qasir u fortunatament ħadd ma weġġa’.

Minkejja dan minħabba l-kobor tal-vettura u l-wisa’ tat-triq imsemmija, sakemm isir l-irmonk, il-pulizija qiegħda tappella lis-sewwieqa biex jagħżlu toroq alternattivi.

Share With: