Il-fergħa tal-APS f’Tas-Sliema se tibqa’ magħluqa llum wara li impjegat ittestja pożittiv għall-COVID-19

L-APS Bank qiegħda tinforma lill-pubbliku li l-fergħa tal-bank f’Tas-Sliema se tibqa’ magħluqa llum. Dan wara li wieħed mill-impjegati ttestja pożittiv għall-COVID-19.

Il-bank iserraħ ras il-pubbliku li f’dan il-każ ittieħdu l-miżuri kollha neċessarji. Fil-jiem li ġejjin se tkun qed toħroġ aktar informazzjoni dwar se terġa’ tiftaħ il-fergħa.

Share With: