[FILMAT] Ikompli l-ġbid ta’ God’s Soldier fiċ-Ċirkewwa

Wieħed jista’ jgħid li pajjiżna llum kellu attività mhux ħażin mil-lat ċinematografiku, għax apparti li kompla l-ġbid tal-film Jurassic World: Dominion fil-Floriana, kompla wkol il-ġbid ta’ God’s Soldier fiċ-Ċirkewwa.

Il-film – li qed isir b’investiment ta’ aktar minn €1.5 miljun minn produtturi lokali – huwa bbażat fuq storja marbuta mal-Assedju l-Kbir.

Apparti f’pajjiżna partijiet mill-film inġibdu wkoll fit-Turkija, l-Ingilterra u l-Awstrija.

Share With: