Ċiklist jindarab gravi f’ħabta f’Ħal Għaxaq

Ċiklist ta’ 16-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq. l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30 p.m. fi Triq Dawret Ħal Għaxaq.

Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Fiat Punto li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena residenti Marsaxlokk u rota li kienet qed tinstaq mill-ġuvni ta’ 16-il sena.

Il-ġuvni ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: