Anzjan ta’ 86 sena t-12-il vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna

Anzjan ta’ 86 sena huwa t-12-il vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa.

L-anzjan kien ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-24 ta’ Awwissu wara li ddaħħal l-isptar fit-23 ta’ Awwissu. 

Il-Ministeru tenna li kif inhi proċedura għal kull admission fl-isptar, ir-raġel ġie sottopost għal swab test fejn instab li kien pożittiv. Sussegwentememnt beda jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.

L-anzjan kien deskritt bħala li kellu problemi ta’ saħħa ulterjuri.

Share With: