AĠĠORNAT: Salvu Dalli se jitressaq taħt arrest il-Qorti fejn se jkun mixli bil-qtil ta’ ibnu; Antoine nqatel minn tir fl-istonku

AĠĠORNAT: Salvu Dalli ta’ 68 sena aktar tard illum waranofsinhar se jkun qed jitressaq il-Qorti fejn se jkun mixli bil-qtil ta’ ibnu Antoine. Dan kien ikkonfermat waqt crime conference li nżammet ftit tal-ħin ilu.

Waqt il-konferenza li kienet indirizzata mill-Kap tal-Komunikazzjoni għall-Korp tal-Pulizija Brandon Pisani, flimkien mas-Supretendenti Ramon Cassar mit-Taqsima tar-Reati maġġuri, u Josric Mifsud tad-Distrett, intqal li kien Salvu Dalli stess li fetaħ il-bieb tar-residenza tiegħu lit-tliet uffiċjali tal-Pulizija li marru fuq il-post tad-delitt wara li ntlabet l-assistenza tal-Pulizija lbieraħ għall-ħabta tal-11.10 a.m. Salvu, indika lill-Pulizija li ibnu kien jinsab mejjet fil-kamra tal-banju.

Intant dalgħodu saret l-awtopsja fuq il-vittma, fejn kien determinat li ntlaqat f’nofs żaqqu minn tir wieħed li kien fatali.

L-arma inkwistjoni – senter (shotgun) – instabet fuq sodda fil-kamra tas-sodda, bl-arma tiġi elevata mill-Pulizija.

Kemm il-vittma u kif ukoll missieru kellhom każi passati, u kienu mitkellma kemm-il darba mill-Pulizija. Fil-konfront tagħhom kienu ttieħdu wkoll passi fil-Qrati.

Sitt xhur ilu Salvu Dalli kien involut f’argument familjari li kien jinvolvi lill-mara ta’ ibnu. Huwa kien immultat €500 u ngħata sentenza ta’ ħabs sospiża wara li nstab ħati li pprova jagħtiha daqqiet ta’ sikkina.

Share With: