40 każ ġdid ta’ Covid-19; 7 każi minn festin tal-Griżma

Il-każi attivi laħħqu t-351 każ wara li kienu rapportati 40 każ ġdid. Sebgħa minn dawn il-każi huma relatati ma’ festin tal-griżma, filwaqt li kien hemm erba’ każi relatati mal-cluster ta’ Paceville. Kien hemm sitt każi oħrajn li huma relatati ma’ cluster ta’ skola tal-lingwi. Apparti dan kin hemm erba’ qraba ta’ każi li kienu konfermati bħala pożittivi għall-Covid-19 preċedentement, b’żewġ każi oħrajn ikunu importati.

Is-17-il każ l-ieħor huma sporadiċi. Intant ma kien hemm l-ebda persuna li rkuprat.

Share With: