Mill-inqas 12-il persuna jindarbu fi sparatura f’nightclub f’South Carolina

Sparatura li seħħet fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu f’nightclub f’South Carolina ħalliet lil 12-il persuna midrubin.L-ufiċju tal-Pulizija ta’ Greenville County qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 a.m.f’“Lavish Lounge”, bil-pulizija titlob l-assistenza wara li nstemgħu numu ta’ sparaturi minn ġewwa l-binja.

Il-pulizija għenew biex jevakwaw il-post u adu lil uħud mill-vittmi l-isptar għall-kura, b’persuni oħrajn midrubin mill-isparatura jitwasslu l-isptar f’vetturi provati.

S’issa għadu mhux magħruf jekk sarux arresti b’rabta ma’ din l-isparatura.

Share With: