Kanye West jgħid li se jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali Amerikana din is-sena!

Ir-rapper Amerikan Kanye West ilbieraħ ħabbar fuq Twitter li se jkun qed jikkontesta għat-tiġrija presidenzjali Amerikana.

Il-post minn West – li t-tieni album tiegħu kien intitolat “Late Registration” – attirat aktar minn 200,000 like fi żmien siegħa.

Madankollu n-nomina tiegħu għall-elezzjoni presidenzjali ta’ din is-sena hija prattikalment waħda impossibbli minħabba li West tilef id-deadlines għaż-żewġ partiti l-kbar f’kull stat Amerikan, u wkoll kważi l-primarji ta’ kull stat.

Għaldaqstant għadu mhux magħruf kemm West huwa verament serju li jikkontesta għall-presidenza Amerikana.

West innifsu m’għamel l-ebda referenza għall-intenzjoni tiegħu li jkun kandidat għall-elezzjoni presidenzjali f’feature li kien ippubblikat minn GQ f’Mejju li għadda.

Share With: