Iweġġa’ wara li baqa’ dieħel f’ħajt fir-Rabat

Raġel barrani mil-Latvja kien involut f’inċident fir-Rabat fejn għal xi raġuni baqa’ dieħel f’ħajt waqt li kien qed isuq ir-rota.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00 p.m. Minnufih issejjaħ tim mediku fuq il-post fejn seħħ l-inċident u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

S’issa għadu mhux magħruf x’inhuma n-natura tal-ġrieħi li qed isofri minnhom.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Share With: