Frank Salt Real Estate jniedu pakkett akbar u aktar b’saħħtu għal min se jixtri proprjetà għall-ewwel darba

Frank Salt Real Estate nieda mill-ġdid il-pakkett tiegħu intitolat ‘First Time Buyer’, li joffri aktar offerti esklussivi lil persuni li se jkunu qed jixtru proprjetà għall-ewwel darba. Filwaqt li l-kumpanija qed tirrikonoxxi l-impatt li COVID-19 seta’ kellu fuq is-saħħa finanzjarja tax-xerrejja, il-kumpanija irnexxielha  tikseb għadd tajjeb ta ‘offerti b’lista aktar varjata, biex tagħti spinta kbira lix-xerrejja għall-ewwel darba u tagħmel dak l-ewwel investiment, aktar faċli u aktar aċċessibbli għal dawn ix-xerrejja. Dan, flimkien ma’ l-inizjattivi offruti mill-Gvern, se jkunu qed jirriżultaw f’iffrankar ta’ spejjeż, apparti li jagħmlu l-pakkett ta’ Frank Salt Real Estate First Time Buyer bħala wieħed imbattibbli!

Frank Salt Real Estate ingħaqad mal-APS Bank li se  jikkontribwixxu sa €250 f’dawk li huma ħlasijiet notarili maħruġa min-nutar li jagħżel il-klijent. Ingħaqad ukoll ma ‘Gasan Mamo Insurance biex tnaqqas l-ispiża ta’ assigurazzjoni tal-proprjetà ta’ l-ewwel sena b’50%. Sħab  ieħor li Frank Salt ingħaqdu miegħu huma Vella Falzon Home biex tagħti sa €5,000 fi skonti  ibbażati fuq minimu li jintefqu fil-ħwienet tagħhom fuq madum, kmamar tal-banju, għamara u ħardware. Ingħaqdu ukoll ma’ ITC u dawn se jkunu qed jipprovdu 35% skont fuq il-prodotti tagħhom u 30% skont fuq aċċessorji għad-dawl. Ma’ dawn, Frank Salt Real Estate ingħaqdet ma’ B4 u dawn se jkunu qed joffru 30% skont fuq kmamar tas-sodda u kċejjen u 20% fuq drappijiet, twapet u blinds. Apparti dan, pannelli solari PV, kondizzjonaturi tal-arja u pompi tas-sħana se jkunu qed jiġu offruti bi skont ta’ 10% minn BT Commercial. Ma’ dawn ukoll se jkun hemm 35% tnaqqis fuq ix-xiri kollu minn Dino Fino Home u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, skont ta’ 15% fuq id-drappijiet kollha tal-purtieri, bicciet ta’ għamara u dekorazzjoni tad-dar minn OneTwoOne Interiors.

Frank Salt qalu ukoll li “grazzi wkoll għall-inċentiv tal-Gvern Malti, ix-xerrejja li se jkunu qed jixtru proprjetà għall-ewwel darba huma eżentati milli jħallsu 5% tad-dazju tal-bolla fuq l- ewwel €175,000, li jirriżulta f’iffrankar kbir ta’ €8,750. Jekk ix-xerrej jagħżel proprjetà ta’ valur ogħla minn €175,000, għal kuntratti ffirmati sa Marzu 2021, id-dazju tal-bolla se jitnaqqas għal 1.5% fuq it-€225,000 li jmiss, u b’hekk potenzjalment jiffranka €7,875 oħra. Taħt dawn l-iskemi kurrenti, wieħed jista’ jiffranka sa €16,625 fuq xiri ta’ propjetà li tiswa €400,000. Issa huwa l-waqt li koppji żgħażagħ jieħdu opportunità biex jibbenefikaw minn dawn l-iskonti”, sostniet il-kumpanija Frank Salt.

“Qed nistennew li l-pakkett il-ġdid tagħna tal-First Time Buyer jintlaqa’ ‘tajjeb ħafna u jittieħed minn ħafna mill-klijenti tagħna li qed ifittxu li jagħmlu l-ewwel pass kbir ta’ xiri tal-ewwel dar tagħhom” qal id-direttur tal-kumpanija, Grahame Salt. “Poġġejna għażla kbira ta’ proprjetajiet u qatt ma kien hemm pakkett ta’ inċentivi daqstant attrajenti. Minħabba ż-żmien limitat ta’ l-inċentiv tal-gvern, inħeġġu lix-xerrejja li huma interessati li jixtru l-ewwel proprjetà biex jaġixxu malajr”.

It-tim iddedikat ta’ konsulenti tal-bejgħ fil-Frank Salt Real Estate jifhem li x-xiri ta’ dik l-ewwel proprjetà tista’ tkun esperjenza iebsa u xi drabi stressanti u li tieħu ħafna ħin. Flimkien ma’ dawn l-inċentivi finanzjarji, il-konsulenti jipprovdu l-gwida u l-kompetenza meħtieġa biex

jieħdu d-deċiżjonijiet tajbin u fil-ħin, billi jappoġġjaw lill-klijenti tagħhom u jqabblu l-baġits u s-saħħa finanzjarja tagħhom mar-rekwiżiti tagħhom u l-għażla wiesgħa ta’ proprjetajiet disponibbli fid-database tal-kumpanija.

Share With: