Revokat il-permess tal-proġett ta’ Manoel Island

Il-proġett ta’ Manoel Island kellu l-permess revokat mit-Tribunal ta’ Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT). Apparti dan ordna lill-iżviluppaturi tal-proġett, MIDI, biex jippreparaw Environmental Impact Assessment ġdid, liema proċess jaf jieħu x-xhur biex jitlesta.

Filwaqt li appelli preċedenti li ntlaqgħu rriżultaw biex l-applikazzjoni terġa’ tintbagħat fl-istadji finali tal-proċess li jippreċedu r-rapport li jsir dwar il-proġett mill-uffiċjal tal-Awtorità u d-deċiżjoni tal-Bord tal-Ippjanar, dan l-aħħar żvilupp wassal biex l-iżviluppaturi jkollhom jibdew l-istudji tagħhom mill-ġdid.

L-appell kien preżentat mill-NGO ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA). F’Ottubru li għadda l-EPRT kien aċċetta lment dwar kunflitt ta’ interess li tressaq mill-FAA fir-rigward tar-rapport dwar l-impatt ambjentali għall-proġett.

Il-permess għall-iżvilupp ta’ 610 appartament f’Manoel Island kien approvat mill-Awtorità għall-Ippjanar fl-2019.

Share With: