Rapporti li George Floyd kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19

George Floyd, ir-raġel ta’ karnaġġjon skur li miet waqt li kien qiegħed jinżamm arrestat mill-Pulizija f’Minneapolis kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19 xi ġimgħat qabel mewtu.

Dan qiegħed jiġi rrapurtat minn diversi siti barranin fejn intqal li din l-informazzjoni rriżultat minn rapport tal-awtopsja li sar fuq il-vittma.

Id-dokument li hu stmat li fih mal-20 paġna nħareġ minn Hennepin County Medical Examiner’s Office. Skont dan id-dokument huwa kien ttestja pożittiv fit-3 ta’ April li għadda.

Il-mewt ta’ Floyd qajmet furur fil-pajjiż kif ukoll f’pajjiżi oħra li pprotestaw kontra r-razzismu. Intant l-ex uffiċjal tal-pulizija Derek Chauvin qiegħed jaffaċċja akkużi serji wara li poġġa rkopptu fuq għonq Floyd għal madwar tmien minuti, b’dan tal-aħħar kien diġà immanetjat.

Share With: