Raġel arrestat wara sejba konsiderevoli ta’ kokaina

Raġel ta’ 30 sena residenti l-Gżira kien arrestat matul il-lejl li għadda f’operazzjoni oħra tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.  

Assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kienu ilhom xi ħin isegwu vettura sakemm waqqfuha fix-Xatt ta’ Pinto, il-Floriana. Waqt li r-raġel ġie arrestat saret tfittxija fil-vettura, bil-Pulizija jsibu ammont konsiderevoli ta’ sustanza, allegatament kokaina. 

Iż-żagħżugħ ittieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għal aktar stħarriġ. Bis-sejba kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ritratti : Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija (CMRU)

Share With: