Mil-lum jitneħħew il-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet; Il-PM jattendi sessjoni ta’ taħriġ il-gym

Hekk kif mil-lum komplew tneħħew il-biċċa l-kbira tal-miżuri kontra l-pandemija tal-Covid, bosta kienu dawk li jerġgħu jibdew jattendu stabbilimenti sportivi biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb saħħithom b’mod aħjar.

Fost dawk kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar li ppubblikaw ritratt tagħhom waqt li kienu il-gym.

Il-Prim Ministru kien ħabbar it-tneħħija tal-biċċa l-kbira tal-miżuri nhar il-Ħadd li għadda.

Il-Prim Ministu ħabbar ukoll li t-Tnejn 8 ta’ Ġunju se jkun imniedi mini-budget bil-għan li jkompli jgħin lin-negozji jirpiljaw mill-pandemija tal-Covid-19.

Share With: