“Konkrit diffettuż fl-impjant f’Ta’ Barkat … jaqgħu t-tankijiet” – Id-Deputat Laburista Joe Mizzi

Smajna diversi dwar konkrit difettuż li ntuża fi proġetti li kienu saru taħt gvernijiet Nazzjonalisti.  Ftit snin ilu konna smajna dwar konkrit difettuż fl-Isptar Mater Dei u fl-aħħar jiem smajna b’konkrit difettuż fit-terminal taċ-Ċirkewwa. Id-Deputat Laburista Joe Mizzi fil-Parlament iddikjara li hemm problemi simili fl-impjant f’Ta’ Barkat fix-Xgħajra. Qal li kien hemm problemi tant li bdew jaqgħu t-tankijiet.

Fl-intervent tiegħu hu qal li “smajna b’konkos difettuż fit-terminal taċ-Ċirkewwa u fl-Isptar Mater Dei. Din ix-xorti messet ukoll lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u bdew jaqgħu tankijiet wieħed wara l-ieħor fuq l-impjant tad-drenaġġ f’Ta’ Barkat.” Hu spjega li anke bdew proċeduri fuq dan.

Share With: