Każ ġdid ta’ coronavirus; Ħadd ma jirkupra

Mill-554 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm persuna li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. L-iswab tests li saru jwasslu biex in-numru kumplessiv tat-testijiet issa jlaħħaq it-82,817.

Intant ħadd ma kien irreġistrat li rkupra mill-virus.

Dan filwaqt li mindu kien irreġistrat l-ewwel każ f’pajjiżna rkupraw 603 persuni.

In-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna issa jammonta għal 38.

Share With: