Imħallef irid li l-kawża tal-bdoti tinqata’ malajr

L-Imħallef Toni Abela talab lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Piloti tal-Ajru (ALPA) u lill-Airmalta biex iressqu x-xhieda li għandhom iressqu biex jismahom f’seduta ħalli jiddeċiedi l-kawża mingħajr dewmien.

Hekk kif quddiemu kellha tibda tinstema l-kawża li l-ALPA fetħet kontra l-linja nazzjonali tal-ajru wara li din iddeċidiet li tkeċċi 69 bdot, l-Avukat Andre Portelli f’isem l-ALPA talab lill-Imħallef Abela biex jara r-risposta tal-Airmalta għall-kawża li fetħu kontriha.

Kien f’dan il-kuntest li l-Imħallef Abela laqa’ it-talba u waqt li iddifferixxa l-kawża għall-Ġimgħa li ġejja talab liż-żewġ naħat biex iressqu x-xhieda li jridu ħalli jinstemgħu f’seduta qabel jiddeċiedi min kellu raġun.

L-ALPA fetħet il-kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili biex twaqqaf lill-Airmalta milli tkeċċi l-bdoti wara li fallew it-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat dwar tnaqqis fil-pagi minħabba l-impatt tal-Covid19.

Share With: