Il-POU f’laqgħa mal-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija

Il-Police Officer’s Union fi ħdan il-General Workers’ Union, flimkien ma rappreżentanti tal-Malta Police Association u l-MARPO attendew laqgħa ta’ introduzzjoni mal-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, Angelo Gafà.

F’din il-laqgħa il-Kummissarju tkellem dwar l-importanza li jkun hemm djalogu bejn l-amministrazzjoni u l-unjins għall-ġid tal-Korp kemm fuq livell amministrattiv u kemm għall-membri li jservu fi ħdan il-Korp.

Il-POU rringrazzjat lill-Kummissarju tal-inizjattiva u qalet li lesta staħdem spalla ma’ spalla għall-ġid tal-Korp u tal-membri. Dan billi jippreżentaw l-ideat tagħhom u meta jkun neċessarju joffru kritika kostruttiva.

Il-POU temmet tgħid li tħares ’il quddiem għal dan il-kapitlu ġdid fil-korp taħt id-direzzjoni tal-Kummissarju Gafà.

Share With: