“Il-kunsilli lokali qed ikunu injorati f’ċerti deċiżjonijiet… iva veru imma din qed nitrattawha” – il-Ministru Josè Herrera

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali, Josè Herrera fil-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament qal li “iva l-kunsilli jilmentaw magħna illi xi kultant huma qed jinqabżu f’deċiżjonijiet importanti fil-lokalitajiet. Din qed nindirizzawha. Ħloqt think tank u fi żmien qasir se nressaq proposti ta’ kif nistgħu nitrattaw dan. Nemmen li l-opinjoni tal-kunsill għandha tingħata portata. Ċertu deċiżjonijiet li jolqtu l-lokal, il-kunsill bir-raġun għandu jkollu dik is-saħħa”.

Hu qal dan għal domanda tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.

Share With: