Delia jistaqsi dwar iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Libja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa fil-Parlament jekk il-Prim Ministru Robert Abela kienx se jagħti stqarrija ministerjali dwar iż-żjara fil-Libja.

Huwa lmenta li minn din iż-żjara smajna biss li se jinfetaħ ċentru f’Malta u ieħor fil-Libja dwar l-immigrazzjoni imma ma ngħatawx aktar dettalji.

Meta l-Ispeaker Anġlu Farrugia staqsa lin-naħa tal-Gvern kinitx se ssir xi stqarrija dwar din iż-żjara uffiċjali huwa kien infurmat min-naħa tal-Gvern li le.

Share With: