David Thake jiltaqa’ mal-Pulizija dwar l-allegazzjonijiet li saru minn Melvin Theuma

Aktar kmieni llum id-Deputat Nazzjonalista David Thake ltaqa’ mal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li saru minn Melvin Theuma, l-allegat middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li Yorgen Fenech – l-allegat mandant tal-qtil – ipprova jagħti flus lill-Partit Nazzjonalista biex jassigura li David Casa ma jerġax jiġi elett fil-Parlament Ewropew.

Kien nhar l-Erbgħa li għadda li Theuma, waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Fenech, qal li l-istess Fenech kien urtat mill-interess li Casa kien qed juri fir-rigward tal-kumpanija tiegħu 17 Black. Fix-xhieda tiegħu Theuma qal li Fenech qallu li kien offra flus lill-PN biex jassigura li Casa ma jerġax jiġi elett bħala Membru Parlamentari Ewropew.

Il-PN ċaħad dawn l-allegazzjonijiet. Min-naħa tiegħu Thake talab lill-Pulizija biex jinvestigaw l-allegazzjonijiet.

Share With: