Bosta jibku t-telfa ta’ Nicole; Puttinu Cares: “Strieħ fis-sliem sabiħa wara ħafna tbatija u battalji li għaddejt”

“Strieħ fis-sliem sabiħa wara ħafna tbatija u battalji li għaddejt.” Dan huwa l-kumment ta’ Puttinu Cares hekk kif ħabbru l-mewt ta’ Nicole Bezzina, żagħżugħa u studenta tal-MCAST.

“Kont tfala ċkejkna, ta’ kuraġġ u ta’ eżempju. Ipproteġi lill-familja kollha tiegħek mill-ġenna,” itemm jgħid il-messaġġ ta’ Puttinu Cares.

Intant dan kien wieħed mill-bosta messaġġi li tħallew fuq il-midja soċjali mill-ħbieb ta’ Nicole, hekk kif ġriet l-aħbar tal-mewt tat-tfajla aktar kmieni llum.

“Nicole qatt ma jien se ninsa l-memorji sbieħ li kellna fi tfulitna, id-daħk li konna nidħku, il-ħin liberu kollu li qattajna flimkien,” kien jgħid wieħed mill-bosta messaġġi li tħalla fuq il-profil soċjali tat-tfajla. “Se tibqa’ f’qalbna sabiħa. Ċerta li tinsab f’post isbaħ issa,” itemm jgħid il-messaġġ ta’ waħda mill-ħbieb tat-tfajla.

Share With: