Arrestat wara li jinstab fil-pussess ta’ droga sintetika

Raġel ta’ 23 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex ġie arrestat f’operazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar traffikar u pussess ta’ droga.

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet, ilbieraħ waranofsinhar, il-Pulizija osservat ir-raġel jinżel Malta u wara ftit sigħat, jerġa’ jaqbad il-vapur lura lejn Għawdex. Hekk kif niżel mill-vapur, Il-Pulizija waqqfuh, saret tfittxija, u nstab fil-pussess ta’ sustanza suspettata droga sintetika.  

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għall-aktar stħarriġ. 

L-investigazzjonijiet fil-konfront ta’ dan ir-raġel għadhom għaddejjin.

Share With: